SKU
dsb

Digital Service Booklet Truck

Dwar il-prodott

Kont taf? Tista' wkoll tinqeda b'Service Booklets online. The following overview contains a list of XENTRY Truck WIS document IDs corresponding to each model series.

What does the Digital Service Booklet Truck have to offer?

Il-jiem tad-dokumenti tal-manutenzjoni konvenzjonali dalwaqt jiġu fi tmiemhom. Ir-rapport-diġitali tas-servizz se jibqa' hemm. Is-sistema online tiddokumenta b'mod preċiż u affidabbli is-servizz li tlesta u x-xogħol ta' manutenzjoni għas-sidien tat-trakkijiet ta' Mercedes-Benz.

U l-aqwa ħaġa tas-sistema: ir-rekords tas-servizzi kollha, inkluż id-dejta fuq is-servizzi u l-manutenzjonijiet kompluti huma ssejvjati b'mod sigur f'bażi tad-dejta ċentrali. Il-klijent jirċievi l-iktar rapport riċenti tas-servizz diġitali. Jidher li fiha ħafna benefiċċji, mhux hekk?

Il-benefiċċji tiegħek mad-daqqa t'għajn:

Ħarsa ġenerali tal-appuntamenti tas-servizz u trasparenza tad-dejta għal kull vettura

Sigura anki jekk is-Service Booklet jintilef, iktar konvenjenti meta tkun imsiefer u tgħin sabiex jinżamm il-valur tal-vetturi użati

Benefiċċji għall-werkxop tiegħek

Ħarsa Ġenerali Aħjar

L-istorja sħiħa tal-vettura flimkien mad-dejta tas-servizz hija disponibbli online, bil-verżjonijiet internazzjonali fil-lingwa korrispondenti u uffiċjali.

Iktar Trasparenza tad-Dejta

Ma toqgħodx titlef iktar ħin tfittex Service Booklets waqt li l-klijent tiegħek ikun qed jistenna. Jekk is-Service Booklet tkun għamiltu x'imkien u ma tistax tiftakar fejn, l-entrati dokumentati kollha jistgħu jinkisbu mill-ġdid immedjatament. Nagħmlu mill-booking ta' appuntament ta' servizz proċess iktar sempliċi u nappoġġjaw l-ippjanar tal-werkxop.


Benefiċċji għall-klijenti tiegħek

Iktar Sigurtà f'kas li s-Service Booklet tkun għamiltu x'imkien u ma tiftakarx fejn

Id-dejta tas-servizz tal-vettura tiegħek ġiet dokumentata b'mod konsistenti u ma tista' tintilef qatt iktar. Għal din ir-raġuni, il-garanzija tibqa' valida għall-klijenti u tista' tiġi restawrata fi kwalunkwe ħin anki jekk ir-rapporti personali, u dawk tas-servizz diġitali jintilfu.

Iktar konvenjenti meta tkun imsiefer jew tibdel il-werkxops.

Id-dejta tas-servizz issir disponibbli għall-imsieħba rreġistrati fil-lingwa korrispondenti u uffiċjali, sabiex tiżgura li l-klijenti kollha jkunu jistgħu jirċievu għajnuna professjonali malajr.

Titjib fiż-żamma tal-valur bejn ix-xiri u l-bejgħ mill-ġdid.

Ix-xogħlijiet fuq il-kilometraġġ u dawk tal-manutenzjonijiet imlestija jibqgħu dokumentati. Reżistenti għat-tbagħbis u verifikabbli. Dan iżid fil-valur tal-bejgħ mill-ġdid tal-vettura Mercedes-Benz jew jagħti lill-klijenti iktar serħan tal-moħħ fil-vetturi użati.

Tappoġġa Talbiet għal-korrezzjoni tad-dejta:

Jekk jogħġbok ibgħat kwalunkwe talbiet għall-korrezzjoni tad-dejta għad-Digital Service Booklet Truck (DSB) fl-indirizz elettroniku ta' appoġġ għall-pajjiż rispettiv tiegħek:

L-Andorra

spain_dsb_cosn@daimler.com

L-Awstrija

dsb_austria@daimlertruck.com

Il-Belġju

Info_DSB_TrucksBeLux@daimlertruck.com

il-Korsika

dsbfrance@mercedes-benz.com

Ir-Repubblika Ċeka

xentry.podpora@daimlertruck.com

Id-Danimarka

info-dsb-dk@mercedes-benz.com

L-Estonja

service@veho.ee

Franza

dsbfrance@mercedes-benz.com

Il-Ġermanja

https://dialoge.mercedes-benz.de/dsb/

Ġibiltà

spain_dsb_cosn@daimler.com

Il-Ġreċja

DSBgr@daimler.com

Guadeloupe

dsbfrance@mercedes-benz.com

L-Ungerija

info-dsb-hu@mercedes-benz.com

L-Italja

info-dsb@mercedes-benz.com

Il-Liechtenstein

info_ch@daimlertruck.com

Il-Lussemburgu

Info_DSB_TrucksBeLux@daimlertruck.com

Monako

dsbfrance@mercedes-benz.com

L-Olanda

DSB-NL@daimlertruck.com

Il-Polonja

DSBtruck@daimlertruck.com

Il-Portugall

dsb-portugal@daimlertruck.com

Reunion

dsbfrance@mercedes-benz.com

Ir-Rumanija

infodsb_romania@daimler.com

Spanja

dsb_camiones@daimlertruck.com

L-Iżvezja

info-dsb-se@mercedes-benz.com

Ir-Renju Unit

dsbmbtruckuk@daimlertruck.com

F'każ li ma jingħata ebda kuntatt ta' appoġġ speċifiku, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant ta' Wara l-Bejgħ ta' Mercedes-Benz Trucks tieghek.