SKU
xrd

XENTRY Remote Diagnosis App

€ 0.00
Tul ta' Ħin
Dwar il-prodott

"Il-qawwa tad-dijanjożi f'butek": XENTRY Remote Diagnosis hija l-iktar soluzzjoni tad-dijanjożi avvanzata għall-wekxop tiegħek. Żviluppata speċifikament bħala web app progressiva sabiex tintuża fuq kwalunkwe mowbajl/apparat mobbli (ottimizzata għas-sistemi operattivi iOS u Android).

Il-benefiċċji tiegħek mad-daqqa t'għajn:

Tħaddim intelliġenti

L-applikazzjoni tagħna tittrasferixxi l-werkxop tiegħek fid-dinja tal-apparati mobbli sabiex toffrilek l-aċċessibbiltà u l-flessibbiltà tal-ismartphones għall-werkxop tiegħek.

Bidu ta' malajr

Qatt ma kien daqshekk faċli li tibda taħdem. Jekk għandek apparat mobbli, int lest/a biex tibda tagħmel dijanjożi jew tfittex għall-informazzjoni dwar il-vettura.

Iktar servizz

It-tħejjija u l-iskedar għaż-żjarat fil-werkxop saru aktar faċli, bl-aċċessibbiltà tad-dejta u tal-informazzjoni minn qabel u waqt iż-żjarat. Dan joffri servizz potenzjalment iktar veloċi u iktar servizz fl-istess ħin.

Kif Tuża XRD:
  1. Biex tniżżel l-App kull m'għandek tagħmel hu li tiskennja dan il-Kodiċi QR.

  2. Ibda ħaddem XENTRY Remote Diagnosis fuq l-apparat mobbli tiegħek u żid l-app mal-home screen tiegħek sabiex tkun tista' taċċessaha b'mod konvenjenti fi kwalunkwe ħin. Jekk jogħġbok innota li dan il-pass jista' jvarja skont kif tkun qed tħaddem is-sistema.
  3. Ixtri l-krediti tal-ħin.
  4. Ibda ħaddem l-App fuq l-apparat, illoggja u ibda.

Jekk jogħġbok innota li l-funzjonijiet elenkati huma possbbli biss għal-vetturi Mercedes-Benz bil-kapaċità telematika u għas-sussidjarji ta' Daimler Trucks AG. L-ambitu tal-funzjonijiet ta' XENTRY Remote Diagnosis ivarja skont il-mudell tal-vettura.


Test ta' Malajr:

It-Test ta' Malajr juri ħarsa ġenerali tal-istatus tal-kodiċijiet ta' żball kollha fil-vettura. Barra inn hekk, il-funzjonijiet li ġejjin huma disponibbli fil-livell tal-kodiċi tal-iżball individwali:
  • Deskrizzjoni tal-kodiċi tal-iżball u kodiċi tal-iżball selettiv dejta ambjentali.
  • Testijiet Iggwidati: dawn huma testijiet b'ambitu limitat li jistgħu jitwettqu permezz ta' XENTRY Remote Diagnosis. F'każ li l-funzjonalità ta' Test Iggwidat ma tkunx disponibbli jew mhix biżżejjed, tista' tittrasferixxi s-sessjoni dijanjostika għall-Kitt tad-Djanjostika 1 ta' XENTRY Truck u twettaq test sħiħ.
  • Id-dijagramma tal-wajers bl-opzjoni li jingħażlu l-komponenti individwali u l-funzjoni taż-żum.
  • It-Testijiet ta' Malajr jistgħu jintalbu b'mod attiv mill-vettura

 

Pronjosi tat-tiswija:

Pronjosi tat-tiswija tintwera abbażi tar-riżultat tat-Test ta' Malajr u l-ħafna snin ta' esperjenza tagħna tal-werkxop. Dan jindika l-probabbiltajiet għall-partijiet bil-ħsara u x-xogħol meħtieġ fuq il-vettura.


Dejta tal-vettura:

Hawn fejn tidher l-informazzjoni bażika importanti dwar il-vettura.

Din tinkludi:

  • Informazzjoni dwar il-manutenzjoni
  • Kapaċità tad-dejta (wiri tal-istatus tat-telematika)
  • Status tal-vettura
  • Card tad-dejta tal-vettura

Protokoll tad-dijanjożi:

Abbażi tat-Test ta' Malajr u l-funzjonijiet imwettqa permezz tad-Dijanjożi Remota ta' XENTRY, jiġi ġġenerat protokoll tad-dijanjożi sħiħ li inti tkun tista' tużah fil-forma ta' dokument PDF.