SKU
xrd
XENTRY Remote Diagnosis App
€ 0.00
Jekk jogħġbok oħloq kont u llogja biex tuża l-karatteristiċi kollha:
Dwar il-prodott
Lorem Ipsum is simply dummy text of the printing and typesetting industry. Lorem Ipsum has been the industry's standard dummy text ever since the 1500s, when an unknown printer took a galley of type and scrambled it to make a type specimen book.
"Il-qawwa tad-dijanjożi f'butek": XENTRY Remote Diagnosis hija l-iktar soluzzjoni tad-dijanjożi avvanzata għall-wekxop tiegħek. Żviluppata speċifikament bħala web app progressiva sabiex tintuża fuq kwalunkwe mowbajl/apparat mobbli (ottimizzata għas-sistemi operattivi iOS u Android).
Tħaddim intelliġenti
L-applikazzjoni tagħna tittrasferixxi l-werkxop tiegħek fid-dinja tal-apparati mobbli sabiex toffrilek l-aċċessibbiltà u l-flessibbiltà tal-ismartphones għall-werkxop tiegħek.
Bidu ta' malajr
Qatt ma kien daqshekk faċli li tibda taħdem. Jekk għandek apparat mobbli, int lest/a biex tibda tagħmel dijanjożi jew tfittex għall-informazzjoni dwar il-vettura.
Iktar servizz
It-tħejjija u l-iskedar għaż-żjarat fil-werkxop saru aktar faċli, bl-aċċessibbiltà tad-dejta u tal-informazzjoni minn qabel u waqt iż-żjarat. Dan joffri servizz potenzjalment iktar veloċi u iktar servizz fl-istess ħin.
Jekk jogħġbok innota li l-funzjonijiet elenkati huma possbbli biss għal-vetturi Mercedes-Benz bil-kapaċità telematika u għas-sussidjarji ta' Daimler Trucks AG. L-ambitu tal-funzjonijiet ta' XENTRY Remote Diagnosis ivarja skont il-mudell tal-vettura.
Test ta' Malajr:
It-Test ta' Malajr juri ħarsa ġenerali tal-istatus tal-kodiċijiet ta' żball kollha fil-vettura. Barra inn hekk, il-funzjonijiet li ġejjin huma disponibbli fil-livell tal-kodiċi tal-iżball individwali:
Pronjosi tat-tiswija:
Pronjosi tat-tiswija tintwera abbażi tar-riżultat tat-Test ta' Malajr u l-ħafna snin ta' esperjenza tagħna tal-werkxop. Dan jindika l-probabbiltajiet għall-partijiet bil-ħsara u x-xogħol meħtieġ fuq il-vettura.
Dejta tal-vettura:
Hawn fejn tidher l-informazzjoni bażika importanti dwar il-vettura.
Din tinkludi:
Protokoll tad-dijanjożi:
Abbażi tat-Test ta' Malajr u l-funzjonijiet imwettqa permezz tad-Dijanjożi Remota ta' XENTRY, jiġi ġġenerat protokoll tad-dijanjożi sħiħ li inti tkun tista' tużah fil-forma ta' dokument PDF.
XENTRY Remote Diagnosis tista' tintuża fuq kwalunkwe apparat bi brawżer aġġornat u aċċess għall-Internet. Għalhekk, fuq kwalunkwe smartphone, tablet jew PC. Għall-apparati iOS, nirrakkomandaw l-użu ta' iOS 13.4 jew verżjoni iktar riċenti. Għall-apparati Android, nirrakkomandaw l-użu ta' Android 9 jew verżjoni iktar riċenti.
Rekwiżit bażiku ieħor sabiex tkun tista' tuża XENTRY Remote Diagnosis huwa l-kunsens għall-l-ixxerjar ta' dejta għall-fornituri tas-servizz indipendenti mingħand sid il-vettura.
Jekk jogħġbok ikkunsidra li l-informazzjoni ipprovduta dwar il-prodott nħolqot u hija proprjetà tal-Grupp Mercedes-Benz. Il-proċessi u l-kontenut jistgħu jvarjaw għall-klijenti ta' Daimler Truck AG.